Influencer Tal-Muturi Jilgħabha Li Hu Tfajla Żgħira Pero’ Huwa Raġel Ta’ 50 Sena

 Influencer Tal-Muturi Jilgħabha Li Hu Tfajla Żgħira Pero’ Huwa Raġel Ta’ 50 Sena

Influencer tal-muturi popolari fuq Twitter hija mara żagħżugħa mill-Ġappun li r-ritratti tagħha, relatati mal-muturi, itellgħu mijiet ta’ likes. Hija tuża account bl-isem ta’ @azusagakuyuki, iżda din it-tfajla fil-verità ma teżistix u l-persuna li tidher fir-ritratti hija raġel ta’ 50 sena bl-isem ta’ Zonggu. Xi segwaċi li jsegwu din il-paġna ta’ Twitter mill-qrib indunaw li ċerti affarijiet ma kinux jagħmlu sens, pereżempju raw li f’ritratt minnhom idejha kellhom ħafna suf u r-rifless fil-mera wera wiċċ differenti minn dak tat-tfajla.

Programm tat-televiżjoni fil-Ġappun żvela l-identità ta’ Zonggu u huwa ammetta li uża apps għall-editjar tar-ritratti biex joħloq l-alter ego tiegħu. Zonggu qal fuq il-programm li kellu xewqa li jżid il-preżenza tiegħu fuq il-midja soċjali u ħass li n-nies tippreferi tara mara li għandha żgħira minfloku.

Sorprendentement, din ir-rivelazzjoni kellha reazzjoni pożittiva mis-segwaċi, li jammotaw għal madwar 19,000 ruħ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com