Jinfetħu L-Bibien Tal-Qorti Fil-Belt Ftit Tal-Ħin Ilu… Mistennija Jitressqu Xi Persuni

 Jinfetħu L-Bibien Tal-Qorti Fil-Belt Ftit Tal-Ħin Ilu… Mistennija Jitressqu Xi Persuni

Numru ta’ individwi ġew imsejħa mill-pulizija fit-taqsima tar-reati finanzjarji, illum is-Sibt. Dawn jinkludu fost l-oħrajn lil eks Chief of Staff Keith Schembri, Brian Tonna u Karl Cini ta’ Nexia BT, Matthew Pace minn Zenith, li hija ditta oħra tas-servizzi finanzjarji u Vince Buhagiar, li huwa eks Direttur ta’ Allied Newspapers.

Bħalissa Keith Schembri u oħrajn qed jiġu nterrogati mill-Pulizija f’Santa Venera u qed jingħad ukoll li uħud mistennija jitressqu l-qorti aktar tard illum, bil-possibilità li jiġu akkużati b’ħasil ta’ flus. Xejn minn dan għadu m’hu kkonfermat. Minkejja dan, għal ħabta tal-12:15, fil-Belt Valletta dehru jinfetħu l-bibien tal-qorti u b’hekk issa hemm indikazzjoni aktar ċara li xi persuni huma mistennija jitressqu l-qorti illum.

L-akkużi huma maħsuba li huma prinċipalment ibbażati fuq inkjesta maġisterjali mitluba mill-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, dwar allegati trasferimenti ta’ flus minn Keith Schembri lil Adrian Hillman, l-eks direttur maniġerjali ta’ Allied Newspapers Ltd, li hija l-kumpanija li tmexxi l-gazzetti Times of Malta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com