Minn Kastilja għall-Kordin

 Minn Kastilja għall-Kordin

Viżibilment emożjonat l-eks Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat ftit tal-ħin ilhu deher fil-van li permezz tiegħu ser jittieħed fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin wara li l-Qorti iddeċidiet li ser jinżamm arrestat wara li qed jiġi akkużat bi proċeduri kriminali b’rabta mal-każ ta’ allegat tixħim bejn il-kumpanija tiegħu Kasco Group u l-kumpanija Allied Group.

Flimkien ma’ Schembri hemm numru ta’ persuni oħra li ser jinżammu arrestati fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, fost dawn missier Keith Schembri, Alfio Schembri li minkejja li hu anzjan ta’ 72 sena, il-Qorti xorta iddeċidiet li iżżomm lill-persuna taħt arrest.

Keith Schembri huwa s-sid ta’ Kasco Group, li hu flimkien ma’ membri tal-familja tiegħu kien waqqaf fl-1996. Il-kumpanija tispeċjalizza fl-importazzjoni tal-karta, iżda aktar ‘il quddiem investiet f’numru ta’ setturi oħra sabiex illum il-grupp huwa meqjus bħala wieħed fost l-akbar gruppi ta’ negozju f’pajjiżna. Hu mifhum li mill-2008 ‘il quddiem, wara l-ħatra ta’ Joseph Muscat bħala Mexxej tal-Partit Laburista, Schembri ta’ is-sehem dirett tiegħu lill-Partit Laburista. Fl-2013, Schembri ġie maħtur bħala c-Chief of Staff fl-uffiċju tal-Prim Ministru.

Fis-26 ta’ Novembru 2019 Schembri irreżenja minn Chief of Staff fl-uffiċju tal-Prim Ministru wara dan wara li kien qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija fuq il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Matul is-smigħ ta’ dan il-każ fil-qorti isem Keith Schembri issemma diversi drabi, partikolarment fir-rabta’ u l-ħbiberija tiegħu ma’ Yorgen Fenech, akkużat bil-mandat tal-qtil tal-ġurnalista.

Illum  Schembri ser jinżamm arrestat flimkien ma’ 11-il akkużat; disat irġiel u żewġ nisa, fuq korruzzjoni, ħasil ta’ flus u frodi, fost l-oħrajn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com