“Jekk Inkun Prim Ministru Lest Li Nagħti L-Maħfra Presidenzjali Lil Koħħu” – Bernard Grech
F’intervista fuq il-mezzi tax-xandir tal-PN, Chris Peregin minn LovinMalta intervista mal-Kap tal-PN u Kap tal-Oppozizzjoni Bernard Grech.
l-ewwel reazzjoni ta’ Bernard Grech dwar dak li ġara lbieraħ fejn 11 il-persuna ġew interrogati u 10 minnhom ma ingħatawx il-ħelsien mill-arrest.
Grech beda billi qal li dawn il-persuni għandhom id-dritt li l-ġustizzja tiddeċiedi jekk hux ħatja jew le. Ninsabu li kif qedgħin illum għax is-soċjeta ċivili u l-PN ħadmu bla waqfien biex il-proċeduri jibdew. Kienet Daphnie Caruana Galizia li kixfet id-dettalji mill-bidu nett filwaqt li Simon Busuittil kien preżenta talba għal inkjesta fejn illum sirna nafu li dawk il-kaxxi kienu mimlija evidenza.
Il-Kap tal-Oppozizzjoni qal li l-istituzzjonijiet kienu maħkumin, ikontrollati u maħkuma mil-politici. Robert Abela ma kellux għażla oħra. Dak li ġara l-bieraħ mhux mertu ta’ Robert Abela imma tal-maġistratura.
Jekk għandu jitressaq Joseph Muscat, jekk naqas, iva għandu jitressaq il-qorti. Grech saħaq li Gvern immexxi mill-PL huwa gvern tal-kriminali u gvern li jipproteġi lil kriminali.
“Jien ngħix fil-preżent u naħdem biex ikollna futur aħjar. Xogħoli hu li nara lid-deputati kollha jaħdmu fl-interess tal-poplu u mhux fl-interess personali.”
Għaliex għandu jkun Prim Ministru jagħmel xi ħaġa biex l-istituzjonijiet jaħdmu. L-istituzzjonijiet għandhom il-barka tal-liġi li jaħdmu mingħajr ma ħadt jgħidilhom biex jagħmlu dan.
Dwar il-koħħu, skond Robert Abela m’hemm l-ebda politiku involut. Jekk inkun Prim Ministru lest li naghti l-opportinita lil Koħħu sabiex joħroġ il-verità u għalhekk lest li noffrilu l-maħfra presidenzjali.