Mya Azzopardi Twaqqaf Rekord Nazzjonali fit-Turkija

 Mya Azzopardi Twaqqaf Rekord Nazzjonali fit-Turkija

Mya Azzopardi stabilixxiet rekord Nazzjonali waqt il-kompetizzjoni Internazzjonali Turkcell ospitata mill-Federazzjoni tal-Għawm tat-Turkija.

Il-Ħadd Mya Azzopardi rreġistrat rekord nazzjonali fil-kategorija tal-200m freestyle meta rreġistrat ħin ta’ 2: 06.48. Hi għelbet ir-rekord tagħha stess ta’ 2:06.76 li kien stabbilit f’Kazan, ir-Russja waqt il-kampjonati Ewropej Junior LEN fl-2019.

Sadanittant, għaxar għawwiema tat-tim nazzjonali bħalissa qed jattendu kamp ta’taħriġ f’Erzurum, it-Turkija, li qed isir bejn is-17 ta ‘Marzu u s-6 ta’ April.

Immexxija mill-Kowċ Nazzjonali Artem Goncharenko, li hu megħjun mil-fiżjoterapisti tal-Physical & Sports Medicine Centre, (PSMC) l-atleti huma bbażati f’akkomodazzjoni f’altitudni ta’ 2500m waqt li qedin jitħarrġu f’altitudni ta’ 1800m.

It-taħriġ tagħhom, li huwa parti mit-tħejjijiet għal-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar tal-Ewropa f’Malta fl-2023, jikkonsisti f’taħlita ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ fuq l-art, fil-gym u l-pixxina. Il-kontinġent Malti huwa magħmul minn Luke Ellul Sullivan, Maya Galea, Sasha Gatt, Emily Grech Carr, Andrea Mallia, Amy Micallef, Michela Portelli, Rudi Spiteri, Sean Wareing u Thomas Wareing.

 

Ritratt: Times of Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com