SEGWI L-FILMAT – Haley Tirritorna Mill-Injury U Tiskorja Mill-Ewwel
L-istilla femminili tal-Futbol Malti konna ilna ftit ma’ nisimgħu biha, injury żammitha l-bogħod mill-azzjoni sakemm il-Ħadd irritornat b’goal fir-rebħa lit-tim tagħha fl-Italja, Sassuolo, kiseb fuq San Marino.
Haley Bugeja irritornat bħala sostitut fis-76 minuta u ħames minuti biss wara sabet ix-xibka biex għenet lil Sassuolo jiksbu rebħa ta’ 2-0 barra minn darhom għand San Marino.
L-internazzjonali Maltija kienet ilha barra mill-azzjoni mit-13 ta’ Frar li għadda wara li kienet sofriet injury f’partita mill-Coppa Italia kontra Milan, dan tal-bieraħ kien ukoll l-ewwel goal tagħha din is-sena.
Bugeja li propju l-ġimgħa li għaddiet intgħażlet bħala sportiva tas-sena fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-iSport Malta Awards, sa issa skurjat seba’ darbiet fi tnax-il logħba bil-flokk ta’ Sassuolo dan l-istaġun.
Din kienet ir-raba’ rebħa nfila għal Sassuolo fis-Serie A dan l-istaġun, attwalment jinsabu fit-tielet post tal-klassifika b’37 punt wara tnax-il rebħa, draw wieħed u tliet telfiet mis-sittax-il partita li lagħbu sa issa.