X’Taħsbu Mill-Interpretazzjoni Tal-‘Aħħar Bidwi F’Wied Il-Għasel’ Minn Emma Muscat?
Emma Muscat, il-kantanta Maltija li kisbet fama fl-Italja wara li ħadet sehem f’Amici u rnexxielha tikseb kuntratt mal-‘Warner Music’ kif ukoll, fan base qawwija fl-Italja stess u anke Malta.
Emma kien niżlet tajjeb ħafna mal-pubbliku Taljan tant li sar iħobbha daqs li kieku kienet ċittadina tal-pajjiż.
Minn Malta, kienet qamet ftit kontroversja dwar il-fatt li kienet qalet li tippreferi titkellem bl-Ingliż u bit-Taljan għaliex trabbiet f’ambjent differenti.
Iżda s-sibt li għadda, tat wirja spettakolari mill-isbaħ fejn kantant il-kanzunetta klassika u popolari Maltija: “L-Aħħar Bidwi F’Wied il-Għasel” li tista’ tgħid, qaxritha u kantatha b’passjoni u mill-qalb.
Intom x’taħsbu dwar dan?