“L-Iżviluppi Fil-Qorti Tas-Sibt Li Għadda Jinkludu Frodi, Ħasil Ta’ Flus U Aktar Taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista”
Fuq il-każ tas-Sibt fil-Qrati Micallef jipponta subajħ lejn Camilleri li fl-2008 kien imexxi l-Malta Enterprise.
Jason Micallef, ic-Chairperson tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta u c-Chairperson tal-midja Laburista, kien wieħed fost dawk li irreaġixxew għal dak li żviluppa fil-Qorti s-Sibt li għadda fejn fost l-oħrajn l-ekx Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat inżamm arresstat fuq każ ta’ frodi, ħasil ta’ flus u dikjarazzjonijiet foloz fost oħrajn.
F’post pjuttost twila, Micallef irrimarka li l-każi msemmija seħħew bejn 2008 u 2010 meta dak iż-żmien kien hemm Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi.
Permezz ta’ post fuq il-profil personali tiegħu Micallef ipponta subajħ lejn Allied Group, il-pubblikaturi ta’ The Times u Sunday Times, kif ukoll Alan Camilleri li fl-2008 kien il-Ċermen Eżekuttiv ta’ Malta Enterprise.
Spjega kif fl-2010, l-Allied Group akkwista 1.7 miljun Ewro għal investiment mill-Malta Enterprise, li minnhom kienu ġejjin l-allegati frodi, meta t-Times bdiet taħseb biex timxi mill-Belt Kapitali għall-istamperija l-ġdida fl-Imrieħel.
Huwa enfasizza li fl-2008, meta seħħ il-każ, il-Ċermen tal-Malta Enterprise kien Alan Camilleri dak iż-żmien appuntat mill-ekx Prim Ministru Lawrence Gonzi Gonzi u l-eks Ministru Tonio Fenech.
L-istess Camilleri serva ta’ Kap tal-komunikazzjoni tal-Gvern fl-uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll Ċermen tal-Euro Change Over fl-2004, fost karigi oħra.
Micallef kompla l-kitba tiegħu fejn qal li fil-jiem li ġejjin mistenni jitressaq ukoll Micheal Rizzo li hu d-Direttur Maniġerjali kurrenti ta’ Allied Group.
“Dan ifisser li l-aħħar 3 Diretturi Maniġerjali ta’ Allied Group fl-aħħar 12-il sena, il-grupp li jieħu ħsieb jistampa t-Times u Sunday Times jinsabu akkużati fuq frodi u korruzzjoni. Il-każijiet li jinsabu akkużati fuqhom hu, allegat ta’ tixhim bejn żewġ kumpaniji kummerċjali, Allied Group u Kasco Group, kif ukoll, u din hi l-aktar gravi, li bejn l-2009/10 iffrodaw 750k lill-Malta Enterprise (entità tal-Gvern).” – issokta Micallef.
Fl-istess kitba, Micallef jgħamel ukoll rimarka lejn d-Deputat Nazzjonalista Mario Demarco, li d-ditta legali tiegħu kienet responsabbli mis-servizzi legali tal-Malta Enterprise. Dr Demarco huwa ukoll wieħed mill-membri fuq il-Bord ta’ Strickland Foundation, il-fondazzjoni li għandha l-akbar ishma f’Allied Group.
Huwa talab li jekk kemm il-darba jirriżulta li Allied Group tabilħaq iffrodaw lill-Malta Enterprise, irridu jirrifondu lura €750,000. Temm jgħid ukoll li l-Partit Laburista, Robert Abela u l-Gvern Laburista m’għandu l-ebda responsabbiltà mal-każijiet u n-nies kollha li tressqu l-qorti s-Sibt li għadda.
Int x’taħseb dwar dawn ir-rimarki ta’ Jason Micallef?