Fejnhu Beppe Fenech Adami?… tistaqsi Julia Farrugia Portelli
F’diskors fil-Parlament il-Ministru għal Inklużjoni u l-Kwalita tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli staqsiet fejnhu Beppe Fenech Adami. Farrugia Portelli qalet dan b’referenza għal dak li qal lis-stess Fenech Adami meta sostna li ż-żejt jitla f’wiċċ l-ilma.
B’risposta għal kumment ta’ Fenech Adami, il-Ministru qalet “f’tal-Capital One ma’ tantx tela ż-żejt f’wiċċ l-ilma, għax fi żmienkom saret ħniżrija”. Hija sostniet, li dak iż-żmien, inkjesta indipendenti minn tlett maġistrati ma setawx jeskludu li nuqqas ta’ gwida minfuq net tal-pulizija, wassal biex ma kienx hemm ir-rieda għall- investigazzjoni dwar allegat ħasil ta’ miljuni ta’ ewro.
Battuta oħra waslet fil-konfront ta’ l-Onorevoli Chris Said li semma r-road map bl-stess Ministru tfakkru f’skandli li saru taħt gvernijiet nazzjonalista u kif huma sabulhom road map.
Segwi hawn parti mill-intervent fil-parlament.