Ir-Raġel Ta’ Giovanna Debono Liberat Minn Kull Akkuża

 Ir-Raġel Ta’ Giovanna Debono Liberat Minn Kull Akkuża

Fl-aħħar minuti, fil-Qorti ta’ Għawdex, ir-raġel tal-eks Ministru Giovanna Debono ġie liberat mill-akkużi li saru fil-konfront tiegħu.

Tony Debono, ir-raġel tal-eks Ministru għal Għawdex Giovanna Debono, ġie liberat mill-akkużi li saru xogħlijiet f’postijiet privati b’fondi pubbliċi.

Debono, li llum għandu 65 sena, ma nstab ħati tal-ebda akkuża kontrih. Dan il-każ kien wassal biex Giovanna Debono tirriżenja mill-Partit Nazzjonalista fl-2015 stess, meta hu tressaq il-Qorti.

Dan il-każ sar magħruf mill-kuntratturi li allegatament tqabbdu biex jagħmel ix-xogħlijiet iżda baqgħu ma tħallsux.

Ir-raġel tal-eks Ministru kien akkużat li fl-2013 u fis-snin ta’ qabel, fost l-oħrajn, għamel profitt għalih jew għal xi ħadd ieħor aktar minn €5,000 b’dannu għall-Gvern, li għamel qligħ b’qerq billi uża ismijiet foloz jew kwalifiki foloz, li kien kompliċi f’falsifikazzjoni ta’ polza, ordni jew dokumenti oħra, li abbuża l-kariga ta’ uffiċjal jew impjegat pubbliku, u li għamel dikjarazzjoni jew stqarrija falza jew ta tagħrif falz.

Il-Qorti t’Għawdex, ippreseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri, qalet li ma kienx hemm provi sodisfaċenti biex juru li Debono huwa tassew ħati ta’ dak li ġie akkużat bih.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com