Kritika Qawwija Wara Li Sezzjoni Fil-Midja Ħarġet Dettalji Personali Dwar Il-Kundizzjoni Tal-Ministru Justyne Caruana
Wara li lbieraħ tħabbar li l-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana ddaħlet l-isptar u nżammet għall-osservazzjoni, sezzjoni fil-midja lokali illum ħarġet dettalji personali dwar is-saħħa tal-Ministru.
Dan wassal għal kritika qawwija mill-qarrejja tal-istess sezzjoni minħabba d-dettalji personali li ħarġu.
Qarrejja saħqu li l-Ministru fl-aħħar xhur għaddiet minn diversi diffikultajiet personali, u inqas minn xahar ilu saħansitra tilfet lil missierha u saħqu li fl-aħħar mill-aħħar il-politiċi huma nies normali.
Qarrejja sostnew li affarijiet personali qatt m’għandhom ikunu mperċin fil-pubbliku b’dan il-mod.
Il-kundizzjoni tal-Ministru hi waħda stabbli u ħarġet mill-isptar it-Tlieta filgħodu.