Il-PM Robert Abela Jistaqsi X’Inhu L-Vera Interess Ta’ Bernard Grech
Waqt l-għeluq tad-dibattitu dwar il-baġit għal dis-sena, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela għamel referenza għal dak li qed jiġri bħalissa fil-Qorti ta’ Malta, b’mod partikolari dwar il-maħfriet presidenzjali.
Bl-iktar mod skjett, Abela staqsa: “Ħaddieħor mar jiltaqa’ mal-kriminali fis-satra tal-lejl – jien waqaftilhom… x’inhu l-interess ta’ Bernard Grech li l-kriminali joħorġu liberi?”
Dan wara li semma l-każijiet ta’ Żeppi l-Ħafi u Francesco De Assis Queiroz.