Melvin Theuma Jkompli Jixhed Kontra Yorgen Fenech
Melvin Theuma dalgħodu reġa’ jinsab il-Qorti fejn qed ikompli jixhed fil-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Yorgen Fenech, li hu akkużat bħala mandant fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Theuma ngħata maħfra presidenzjali f’Novembru tal-2019 biex jgħid kulma jaf fuq dan il-qtil.
Huwa kien is-sensar fl-assassinju, allegatament imqabbad minn Fenech biex jieħu ħsieb il-qtil tal-ġurnalista.
Kien Theuma li qabbad lill-akkużati Alfred u George Degiorgio biex joqtluha, flimkien ma’ Vince Muscat il-Koħħu li ngħata sentenza ta’ 15-il sena ħabs.