Il-Ħajt Li Twaqqa’ Fit-Torri L-Aħmar Jerġa’ Jinbena Mill-Ġdid Fi Ftit Sigħat

 Il-Ħajt Li Twaqqa’ Fit-Torri L-Aħmar Jerġa’ Jinbena Mill-Ġdid Fi Ftit Sigħat
Wara li fl-aħħar jiem sar vandaliżmu fuq it-Torri l-Aħmar fil-Mellieħa, il-Membru Parlamentari Robert Cutajar qal li wiegħed lill-għaqda ‘Din l-Art Helwa’ li ser ikun qed jagħti s-sehem tiegħu sabiex it-taraġ vandalizzat jittranġa mill-aktar fis. Intant, illum stess, tlett bennejja marru fuq il-post u bnew mill-ġdid il-ħajt li kien twaqqa’.
“Kuntent li għamilt il-parti tiegħi sabiex parti mill-patrimonju tagħna l-Maltin jista’ jerġa jitgawda bla periklu”, qal fuq il-midja soċjali l-Onorevoli Cutajar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com