Aġġornata: Il-Qorti Se Tiddeċiedi Dwar It-talba Għall-Ħelsien Mill-Arrest Ta’ Schembri T-Tlieta Filgħodu
llum kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tal-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri, missieru Alfio Schembri, Malcolm Scerri u Robert Zammit bil-qorti tiddikjara li se tkun qed tagħti d-deċiżjoni tagħha dwar it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużati t-Tlieta fit-8.30 a.m.
Huma qed jiġu akkużati b’sensiela t’akkużi, fosthom korruzzjoni u ħasil ta’ flus.
Il-Ġimgħa li għadda, mix-xhieda tal-prosekuzzjoni ħareġ li fix-xiri ta’ magni għall-istamperija l-ġdida ta’ Progress Press fl-Imrieħel, il-kumpanija li tippubblika The Times spiċċat ħallset mal-ħames miljun dollaru u nofs iżjed. Fil-Qorti ħareġ li dawn il-flus spiċċaw fil-kontijiet ta’ Keith Schembri, Malcolm Scerri, Vince Buhagiar u Adrian Hillman.