Liema Purċissjonijiet Kontu Żżuru Bħal-Lejla?
Bħal-lejla kien ikun hawn il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira f’numru ta’ lokalitajiet. Bħal f’kull ħaġa oħra, f’pajjiżna tidħol ftit pika imma li hija ħelwa.
“Tagħna isbaħ minn tagħkom… Imma tagħna eqdem” u sejrin hekk. Dan fil-verità ma jurix xi ħaġa negattiva iżda pjuttost kburija b’dak li hu ta’ pajjiżek.
L-ewwel purċissjoni jingħad li saret fir-Rabat bit-tħabrik tal-Patrijiet ta’ Ġieżu. Illum hawn madwar 22 lokalità fejn insibu dawn il-wirjiet fit-toroq.
L-uniku post fejn hemm żewġ purċissjonijiet huwa r-Rabat Għawdex; waħda toħroġ mill-Bażilika ta’ San Ġorġ u l-oħra mill-Katidral ta’ Santa Marija. Dawn ma jsirux fl-istess jum. Meta tal-Katidral toħroġ f’Ħadd il-Pam, allura fil-Ġimgħa l-Kbira toħroġ dik mill-Bażilika ta’ San Ġorġ u viċe versa.
Insibu wkoll 4 lokalitajiet li għandhom il-vari mlibbsin: Il-Birgu, iż-żewġ purċissjonijiet tar-Rabat Għawdex u fiż-Żebbuġ, Għawdex.
Ritratt: Facebook/ Ġimgħa L-Kbira Żejtun