“Ħaqqha Ġieħ Ir-Repubblika” – Alfred Grixti B’Referenza Għal Dr Charmaine Demanuele Nayak
“Meta kont Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ lura fl-2010 il-Kunsill kien iddeċieda unanimament li jagħti Ġieħ Ħaż-Żebbuġ għal dik is-sena lil Dr Charmaine Demanuele Nayak b’ rikonoxximent tal-kisbiet akkademiċi tagħha … “, kiteb Alfred Grixti fuq il-midja soċjali tiegħu.
Tenna li dak iż-żmien, mill-ewwel kienu raw il-poteznjal fiha, fejn anke kienet għadha kif kisbet id-Dottorat mill-Università ta’ Southampton fir-Renju Unit u ġiet aċċettata mill-Università ta’ Heidelberg fil-Ġermanja biex tkompli bir-riċerka postdoctoral.
Intqal li mbagħad, marret tkompli bir-riċerka fl-Universita’ ta’ Harvard u minn hemm marret fl-industrija u issa qegħda tokkupa kariga tant importanti mal-Pfizer.
Iżjed minn hekk, Grixti tenna li Charmaine hija prodott tas-sistema edukattiva statali.
“Nemmen li l-Gvern issa missu jkompli juri r-rikonoxximent ta’ Malta lejha u l-kisbiet akkademiċi u professjonali tagħha billi jagħtiha Ġieħ ir-Repubblika f’ Diċembru li ġej. Nemmen li altru milli jistħoqqilha!”
Intom x’tasbu?