Ajruplan Jinqala’ Mit-Tow Truck U Jibqa’ Dieħel F’Bawsers Tal-Fjuwil Fl-MIA
Għall-ħabta tal-11.30 tal-lum, ajruplan tal-linja Rynair li kien qed jiġi rmunkat fl-ajruport internazzjonali ta’Malta, inqala’ mit-tow truck u baqa’ dieħel ġo erba’ bawsers tal-fjuwil.
Minħabba f’hekk, titjiriet skedati għal-lum ittardjaw.
L-Ajurplan ma kellu l-ebda passiġġieri fuqu u ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Fuq mezzi tax-xandir lokali, intqali li s-sit tal-inċident qed ikun issorveljat minn membri tal-pulizija u anke mill- membri tal-‘Rffs Rescue and fire fighting service’, fejn ukoll għaddejja investigazzjoni mit-Taqsima tal-Investigazzjonijiet ta’ Inċidenti tal-ajru.
Ritratt: Simpleflying (Ir-ritratt ma jurix l-ajruplan involut fl-inċident)