Bil-Filmat: L-Irxoxt Tar-Rabat Malta Kien Sewa Biss 25 Lira… Illum Fih Valur Imprezzabbli

 Bil-Filmat: L-Irxoxt Tar-Rabat Malta Kien Sewa Biss 25 Lira… Illum Fih Valur Imprezzabbli

L-Għid il-Kbir f’pajjiżna huwa kkareterizzat mill-purċissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxta f’bosta parroċċi, saħansitra anke f’dawk li ma hemmx vari tal-Ġimgħa l-Kbira.

Din hija l-akbar festa tal-Knisja Kattolika u mhux il-Milied kif spiss jaħsbu bosta.

L-għeruq ta’ din il-festa jmorru lura għal żmien il-Kavallieri fejn minn dak iż-żmien ukoll, bdew jikbru l-festi titulari kif nafuhom illum.

Tradizzjonijiet qawwija li għadhom popolari sal-lum u li saru parti integrali mill-ħajja tal-Maltin tant li min jieħu ħsieb l-organizzazzjoni, ma jarax dan bħala biss xi ħaġa li trid issir, iżda trid tkun organizzata b’reqqa, attenzjoni għad-dettall u l-ħin u l-mument ta’ kif jintrama l-ambjent, il-ħinijiet tal-funzjonijiet u anke xi jmur u ma jmurx fl-okkażżjonijiet rispettivi.

Jingħad li fil-Kottonera t-tradizzjoni tal-Irxoxt ħadet fama kbira li għadha b’saħħitha sal-lum. Ħal Qormi u n-Naxxar fis-seklu 18 diġà kellhom ukoll l-istatwa tal-Irxoxt.

Waħda mill-eqdem statwi ta’ Kristu Rxoxt hija dik tal-Parroċċa ta’ San Pawl fir-Rabat, Malta li jidher li fl-1836, diġà kienet toħroġ f’purċissjoni. Iżda l-istatwa preżenti kienet saret minn Wistin Camilleri fl-1915, li dak iż-żmien swiet 25 lira.

Minn stradarjali.com, awguri lil kulħadd f’Jum l-Għid il-Kbir.

Purċissjoni – Rabat 2010 – Żgħażagħ Rabtin Pawlini Tal-Ajkla

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com