“Il-Partit Laburista Jrid Jiskuża Ruħu Mas-Segwaċi Tiegħu U Anke Mal-pajjiż” – Marie Louise Coleiro Preca
“Il-Partit Laburista għandu jagħmel apoloġija.” Hekk Sostniet il-President Emeritus u eks Ministru Marie Louise Coleiro Preca f’intervista mal-ġurnal Malta Today illu,
Tenniet li l-Partit Laburista jrid jiskuża ruħu mas-segwaċi tiegħu u anke mal-pajjiż fejn insistiet jekk il-prinċipji għadhomx li jgħinu l-ħaddiema jew inkella lin-negozjanti.
Saħqet ukoll fil-bżonn li l-midja lokali tissaħħaħ kif xieraq għaliex hija bżonn għad-demokrazija tal-pajjiż.
Temmet tgħid li l-Gvern attwali fadallu aktar xogħol x’jagħmel biex jiżgura li pajjiżna jkun immexxi minn prinċipji sodi ta’ governanza tajba, trasparenza u kontabilità.