Il-Kaċċa Għas-Summien Tibda Mis-Sibt Li Ġej
L-istaġun tal-kaċċa għas-summien fir-rebbiegħa se jiftaħ nhar is-Sibt li ġej.
Dan wara li l-Gvern laqa’ r-rakkomandazzjoni li saret mill-kumitat Ornis.
Dan l-istaġun se jibqa miftuħ sal-aħħar t’ April, u l-kaċċa hija permissibli biss minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar.
Il-kwota nazzjonali hija ta’ 2,400 summiena għal dan l-istaġun, filwaqt li ma hemm l-ebda kwota individwali.
Ġie rrimarkat li d-direttivi kollha tal-awtoritajiet tas-saħħa huma applikabbli għal kulħadd, anke għall-kaċċa.