Evitata Pika Fil-Gudja Dwar Monument

 Evitata Pika Fil-Gudja Dwar Monument

Il-Kunsill Lokali tal-Gudja intervjena b’kollaborazzjoni tal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista sabiex tiġi evitata l-firda bejn għaqdiet mhux governattivi fil-Gudja.

Dan wara li L-Għaqda Mużikali Marija Assunta esprimiet ix-xewqa li jsir monument li jfakkar il-100 sena mit-twaqqif tal-Kamra tan-Nar Madonna taċ-Ċintura f’post prominenti.

Għaldaqstant, is-Sindku flimkien mal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista laqqgħu liż-żewġ soċjetajiet tant li kien hemm qbil fil- prinċipju li ż-żewġ għaqdiet jirtiraw l-interess tagħhom fis-sit imsemmi biex ħadd ma jidher bħala tellief jew rebbieħ. Hekk intqal fi stqarrija li ħareġ il-Partit Laburista fejn intqal li wara dan il-pass, Kunsilliera Nazzjonalista ressqu emenda għal mozzjoni biex il-Kunsill Lokali jkun sezzjonali u japplika f’isem għaqda.

“Azzjoni li toħloq aktar firda bejn iż-żewġ għaqdiet”, tenna l-PL filwaqt li sostna li l-kunsilli lokali għandhom ikunu strument ta’ għaqda f’lokalità u jieħu deċiżjonijiet favur ir-residenti kollha tiegħu.

Ritratt: Facebook/ Omar Xuereb

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com