Żewġ Persuni Arrestati B’Rabta Ma’ Sensiela Ta’ Serq Minn Djar, Garaxxaijiet U Ristoranti

 Żewġ Persuni Arrestati B’Rabta Ma’ Sensiela Ta’ Serq Minn Djar, Garaxxaijiet U Ristoranti

Fl-aħħar sigħat ġew arrestati żewġ persuni b’rabta ma’ sensiela ta’ serq wara investigazzjoni konġunta bejn il-Pulizija tad-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u tad-Distrett ta’ Raħal Ġdid.

L-allegati reati seħħew bejn Frar u April, 2021, fost oħrajn minn djar, garaxxijiet u ristoranti, fil-Fgura, il-Kalkara, il-Birgu, Raħal Ġdid, Ħaż-Żabbar, Wied il-Għajn u ż-Żejtun.

Wara jiem ta’ osservazzjoni, nhar l-erbgħa filgħaxija, il-pulizija arrestaw raġel ta’ 41 sena u ieħor ta’ 34 sena, li allegatament wettqu bejniethom 11-il serqa, fosthom żewġ holdups.

Huma tressqu l-Qorti llum għall-ħabta tal-ħdax quddiem ilMaġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia, mill-Ispetturi Lydon Zammit u Stephen Gulia mid-Dipartiment tar-Reati Mġġuri u l-Ispettur Sarah Kathleen Zerafa mid-Distrett ta’ Raħal Ġdid.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com