Real Madrid Jerbħu l-El Classico

 Real Madrid Jerbħu l-El Classico

Madrid Spagna 03/11/2020 – Champions League / Real Madrid-Inter / foto Image nella foto: Karim Benzema PUBLICATIONxNOTxINxITA

F’Estadio Alfredo Di Stefano Real Madrid rebħu l-aktar partita mistennija tat-tmiem il-ġimgħa meta għelbu lir-rivali eterni tagħhom Barcelona 2 – 1.

It-tim immexxi minn Zinedine Zidane kellu bidu mill-aqwa hekk kif Karim Benzema poġġa lill-Madrileni fil-vantaġġ fil-13 il-minuta. Il-Ġermaniż Toni Kroos kabbar il-vantaġġ fil-28 minuta bl-skor jibqa dak ta’ 2  – 0 favur Real sat-tmiem l-ewwel taqsima.

Il-Katalani tjiebu fit-tieni 45 minuta tant li mas-siegħa logħob naqsu d-distakk permezz ta’ Oscar Mingueza. Ma’ dan il-gowl Real Madrid wetqu numru ta’ sostituzjonijiet sabiex jikkontrollaw il-partita. Huma spiċċaw saħansitra jilgħabu b’plejer anqas eżatt fil-90 minuta meta tkeċċa l-midfielder Casemiro.

Minkejja din it-tkeċċija Real Madrid xorta rnexxilhom jikkontrollaw sal-aħħar biex rebħu l-konfront 2 – 1.

B’din ir-rebħa Real Madrid laħqu lill-Atletico Madrid fil-quċċata tal-klasifika b’total ta 66 punt. Atletico Madrid ikunu fl-azzjoni għada kontra Real Betis.

 

Ritratt: Worldfootballindex

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com