“Ma Hemm Ebda Barka La Minni U Qas Mill-MTA Biex Isiru Attivitajiet Tal-Massa” – Clayton Bartolo
“Wara li kellmuni hafna minnkom, nikkonferma li ma hemm ebda barka minni bħala Ministru jew l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex isiru attivitajiet tal-massa”, kiteb il-Ministru tat-Turżimu Clayton Bartolo fuq il-midja soċjali tiegħu.
Spjega kif se jiġi l-waqt li niddiskutu dwar dan, dejjem bil-pariri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika.
Il-prijorità hija l-bilanċ bejn is-saħħa tal-poplu u l-prospetti ta’ pajjiżna biex jirkurpra ekonomikament, kompla jispjega l-Ministru.