F’Novembru tal-2020, konna tellajna artiklu dwar dik li hija magħrufa bħala d-Dar tal-Bebbux f’Ħal Għaxaq. Dar li Indri Dimech li kien magħruf bħala l-Mikk, fl-1898 beda jżejjen il-faċċata ta’ daru b’mijiet ta’ qxur tal-bebbux li kien jiġbor minn bajjiet lokali u oħrajn minn barra minn xtutna.
Il-faċċata hija mogħnija b’ bosta niċeċ mill-isbaħ b’temi reliġjużi. Konna ktibna li hija ħasra li dan il-bebbux għalkemm serva għal snin twal, nieżel bil-mod u donnu qas hemm ħjiel ta’ restawr anke meta kien diġà sar tentattiv biex dan isir.
Iżda llum feġġet aħbar tajba hekk kif l-Awtorità tal-Ippjanar skedat din id-dar.
Aħbar sabiħa oħra hi li l-istess awtorità sekda struttura tas-seklu 17 fl-Imqabba bħala parti mill-isptar il-qadim.
Id-dar f’Ħal Għaxaq ġiet skedata fit-Tieni Grad filwaqt li din l-istruttura fl-Imqabba ġiet skedata fl-Ewwel Grad.
Ritratt: leavemark1.blogspot.com/ Kappa vision