Charlie Jirnexxielu Jxomm €22,000 Kontanti Mhux Iddikjarati

 Charlie Jirnexxielu Jxomm €22,000 Kontanti Mhux Iddikjarati

Charlie, il-kelb tad-dwana rnexxielu jxomm €22,000 fi flus kontanti li ma kinux kontanti u li kienu moħbija fuq passiġġier mill-Kosta Avorju.

Uffiċjali tad-Dwana kienu qed jagħmlu spezzjonijiet qabel titjira lejn Istanbul meta l-kelb Charlie ta x’jifhem li passiġġier partikolari kellu flus mhux iddikjarati.

Il-passiġġier irreaġixxa billi tenna li ma kienx jaf kemm kellu flus fuqu u ppreżenta €3,000 iżda l-kelb ma kienx sodisfatt sakemm l-uffiċjali komplew jelevaw €19,000 oħra.

il-passiġġier ħallas multa għal dan in-nuqqas min-naħa tiegħu; li jiddikjara kemm qed iġorr flus.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com