Bil-Filmat: “Mal-Bidu Tal-Pandemija, L-Ansjetà Trigerjatli Ansjetà Tal-Passat”
Fuq Popolin, Deborah fissret kif l-ansjetà u d-dipressjoni ma jgħaddux minnhom biss nies, li huma kbar fl-età. Spjegat ukoll li malli faqqgħet il-pandemija, l-ansjetà li nħolqot, trigerjatilha ansjetà tal-passat li b’xi mod kienet ikkontrollata.
Din hija verità assoluta fejn naraw li anke nies fi sfera differenti, li reġġgħu marru lura għal mumenti qabel l-istil ta’ rkupru li kellhom, bħal ngħidu aħna l-‘addicts’ jew inkella ‘recovering addicts’. Dawn ukoll ikunu bnew sistema kif jikkontrollaw l-addiction tagħhom iżda bil-pandemija, sofrew minn ‘relapse’.
Rajna wkoll nies li ma kinux kapaċi jikkontrollaw l-ikel, sigaretti jew anke mumenti ta’ frustrazzjoni. Irridu niftakru li għal din il-kwistjoni, m’hemmx regola fissa u kull bniedem għandu l-istorja tiegħu.
Lura għal Deborah waqt Popolin, it-tfajla esprimiet dak li bdiet tħoss u x’beda għaddej minn moħħha, bħal per eżempju l-ħsieb li m’għandhiex għalfejn tqum mis-sodda la se tibqa’ fil-kamra taħdem. Saħqet, li biex drat ir-rutina l-ġdida, ma sabithiex faċli.
Sewgu hawn l-intervista kollha: