Sentejn Minn Meta Destin Kiefer Ħasad Il-Ħajja Ta’ Omm U Bint Fl-Imġarr
Bħal-lum sentejn, pajjiżna nħasad bl-aħabr traġika ta’ omm; Graziella Mallia ta’ 53 sena u bintha, Fallon ta’ 31 sena minn Ħaż-Żabbar li l-Ħadd filgħaxija kienu tilfu ħajjithom f’ħabta kerha li seħħet fi Triq l-Imġarr, l-Imġarr.
It-tnejn kienu msieħba fis-Soċjetà Filarmonika Madonna tal-Grazzja li tant kienu jħobbu, u kienu magħrufa li ma jgħaddux mingħajr xulxin.
F’dan l-inċident, kienu ndarbu wkoll 7 persuni oħra li sofrew ġrieħi fejn uħud mill-persuni kellhom ikunu rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Minn Stradarjali.com, insellmu lil din il-familja.
Ritratt: ONE News