Ara X’Bidla Saret Fil-Faċilità korrettiva Ta’ Kordin Mir-Residenti Stess
Ftit ġimgħat ilu ġie inawgurat ċentru mediku ġdid fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Dan il-filamt jitkellem waħdu.
Juri trasformazzjoni sħiħa ta’ sit abbandunat għal post ‘state of the art’; ħidma li saret mir-residenti stess fil-faċilità korrettiva.
Apparti f’Kordin, sar iktar xogħol minn idejn ir-residenti nfushom, fejn ħadmu għamara fil-workshop tagħhom u li se tintuża fil-klinika l-ġdida operata mis-servizz ta’ detenzjoni f’Ħal Safi.
Prosit tassew!