Tgħaddi L-Liġi Li Twassal Għal Rappreżentanza Iżjed Ugwali Fil-Parlament Bejn Is-Sessi

 Tgħaddi L-Liġi Li Twassal Għal Rappreżentanza Iżjed Ugwali Fil-Parlament Bejn Is-Sessi

B’63 vot favur u 2 konta, ilbieraħ filgħaxija l-Parlament Malti għadda l-liġi li permezz tagħha ser ikun hemm rappreżentanza iżjed ugwali bejn is-sessi fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Dr Edward Zammit Lewis ressaq it-tielet qari tal-abbozz fejn saħaq li dan huwa mument storiku għal pajjiżna u għall-politika lokali, talli ż-żewġ naħat tal-Kamra mxew favur rappreżentanza aktar ugwali.
“Kemm jien kburi li nagħmel parti minn dan il-Gvern li jkompli jaħdem favur l-ugwaljanza, l-libertaijiet ċivili u l-professjoni legali”, tenna l-Ministru Zammit Lewis.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com