Sejħa Lill-Kumpaniji Lokali Biex Japplikaw Għal Fondi Minn ‘Screen Malta’

 Sejħa Lill-Kumpaniji Lokali Biex Japplikaw Għal Fondi Minn ‘Screen Malta’

Screen Malta hija skema, amministrata mill-Malta Film Commission, permezz ta’ udget anwali ta’ €600,000.

Ilbieraħ ħarġet sejħa lill-kumpaniji lokali biex japplikaw għall-fondi minn Screen Malta biex ikunu mgħejjuna jipproduċu l-ideat kreattivi tagħhom.

Din l-idea hija relatata ma’ script writing, żvilupp ta’ proġetti u produzzjonijiet għal films qosra, serjè televiżivi u anke films.

fi stqarrija mill-Malta Film Commission, intqal li din il-Kummissjoni għenet madwar 135 proġett u tat ‘il fuq minn €3 miljuni f’fondi.

“Il-Gvern qed iżid l-investiment f’dan il-qasam. Filfatt minn budet ta’ €250,000 fl-2008, illum il-budget huwa ta’ €600,000 fis-sena”, tenniet l-istqarrija fejn intqal ukoll li l-budget ser ikompli jiżdied biex tinħoloq industrija sostenibbli li minnha jgawdi kulħadd.

Bħalissa, qed isiru laqgħat mal-crew permezz ta’ ‘listening online sessions fejn mill-istejjer u l-ħsibijiet tagħhom, l-għan hu li tinħoloq industrija world class f’Malta.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com