Pulizija Jispara Fuq Pulizija Ieħor Aċċidentalment
Ingħata kumpens ta’ €10,119 għad-danni li sofra pulizija, li safa ferut minn pulizija ieħor b’tir ta’ arma tan-nar waqt taħriġ mhux awtorizzat.
Dan l-inċident seħħ fil-lejl ta’ bejn it-30 t’April u l-1 ta’ Mejju tal-2009. Peter Paul Sammut fetaħ kawża kontra l-Kummissarju tal-Pulizija, il-kuntistabbli Shawn Axiaq u s-Surġent (dak iż-żmien), Jonathan Ransley.
Intqal li t-taħriġ kien jikkonsisti f’simulazzjoni fejn fiha, membru tal-korp ikollu jidħol b’mod sfurzat f’binja fejn irid jarresta kriminali li jkunu qed jirreżistu lill-ordni.
Fil-Qorti ntqal li Axiaq daħal fil-kamra fejn kien mistoħbi Sammut bit-torċ mitfija u spara fid-direzzjoni tiegħu minn distanza qasira. Kien hemm li laqtu fil-ġenb ta’ sidru tan-naħa tax-xellug.
Il-Qorti tenniet li Ransley ma jġorr l-ebda tort għall-aġir ta’ Axiaq u li anke l-Kummissarju, kien ta t-taħriġ meħtieġ lill-uffiċjali tiegħu.
L-Imħallef Grazio Mercieca fehem il-każ u ħa in konsiderazzjoni li meta seħħ l-aċċident, Sammut kien għad baqagħlu biss 4 snin biex joħroġ bil-pensjoni. kien hawn li ddikkjara li l-inċident seħħ minħabba traskuraġni ta’ Axiaq u ordnalu jħallas lil Sammut, is-somma ta’ €10,119.30ċ.