Ir-Ristoranti Mistennija Jerġgħu Jiftħu F’Nofs Mejju; Bars U Każini Ser Jinżammu Magħluqa

 Ir-Ristoranti Mistennija Jerġgħu Jiftħu F’Nofs Mejju; Bars U Każini Ser Jinżammu Magħluqa

Wara li din il-ġimgħa reġgħu fetħu l-iskejjel u mis-26 ta’ April ser jiftħu l-ħwienet u s-servizzji mhux essenzjali, TimesofMalta rrapurtaw li r-ristoranti ser jiftħu f’nofs Mejju waqt li l-Bars u l-każini ser jinżammu magħluqa u jerġgħu jiftħu fl-1 ta’ Ġunju met hu ppjanat li jiftaħ ukoll it-turiżmu.

Din id-deċiżjoni ttieħdet ukoll fl-isfond li n-numri qed ikomplu jonqsu waqt li aktar nies qed jingħataw il-vaċċin.

Fl-aħħar jiem il-Gvern ħabbar li sa nofs Awwissu ser tkun ingħatat it-tilqima kull persuna eliġibbli f’Malta, madanokollu Prof. Gauci qalet li l-użu tal-maskra irid jinżamm, anke fejn il-baħar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com