Ġewwa L-Villa F’Malta Li Kienu Jgħixu Fiha R-Reġina Eliżabetta U L-Prinċep Filippu

 Ġewwa L-Villa F’Malta Li Kienu Jgħixu Fiha R-Reġina Eliżabetta U L-Prinċep Filippu

Villa Guardamangia, li fl-antik kienet magħrufa bħala Casa Medina hija dar li fiha għixu ir-Reġina Eliżabetta II u l-Prinċep Filippu, Duka ta’ Edinburgh, bejn l-1949 u l-1951. Il-koppja kienet għixet sentejn f’Malta hekk kif il-Prinċep Filippu kien stazzjonat f’Malta bħala uffiċjal navali.

Il-villa għandha qis ta’ 1,559.9 metru kwadru u tinsab fi Gwardamanġa, il-Pietà.

Fiż-żmien li għexu f’din il-villa, ir-Reġina Eliżabetta ma kinitx għadha saret reġina u b’hekk kienet magħrufa bħala d-Dukessa ta’ Edinburgh.

Il-ħaddiema u qaddejja li kienu jaħdmu għall-koppja rjali kienu Maltin.

Ritratt tal-ġnien ta’ Villa Guardamangia. Source: Gerald Fenech

Ritratt meħud mill-ġnien ta’ Villa Guardamangia. Source: Reuters

Ir-Reġina Eliżabetta u l-Prinċep Filippu fiż-żmien li kienu jgħixu f’Malta. Source: Heritage Malta

Source: Magda Magri Naudi

Matul il-jum tas-Sibt, għexiren ta’ persuni marru ħdejn Villa Guardamangia u ħallew fjuri u ritratti sabiex isellmu l-memorja tal-Prinċep Filippu li miet fid-9 ta’ April u li ngħata l-aħħar tislima lbieraħ.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com