Ilbieraħ Reġgħu Fetħu L-Knejjes Għall-Pubbliku

 Ilbieraħ Reġgħu Fetħu L-Knejjes Għall-Pubbliku

Il-Knejjes f’pajjiżna, ilbieraħ reġgħu fetħu l-bibien tagħhom għall-pubbliku. Dan wara reviżjoni tal-miżuri mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika fl-aħħar jiem.

Il-pubbliku qed ikun imħeġġeġ jattendi l-knisja iżda dejjem jobdi r-regoli tal-pandemija.

L-Arċisqof Charles J. Scicluna, f’omelija lbieraħ f’jum il-karità, tenna li f’jum bħal dan, ma nistgħux ninsew l-Ewkaristija li hija esperjenza ta’ qadi u li tagħtina wkoll il-qawwa li nagħtu ħajjitna lil xulxin.

Scicluna rringrazzja lill-voluntiera kollha f’din l-aħħar sena fejn għamlu minn kollox biex il-knejjes ikunu siguri u jilqgħu lin-nies.

“Inħarsu ‘l quddiem u nitolbu għas-saħħa ta’ pajjiżna biex aħna ma niċċaħdux minn xulxin u mill-grazzja u d-don tal-Ewkaristija”, qal l-Arċisqof Scicluna.

Din kienet l-istedina tal-Arċisqof biex mill-bieraħ, il-Ħadd 18 t’April jerġa’ jibda jattendi l-quddiesa fiżikament.

Ritratt: Knisja.mt

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com