Stennija Biex Sa Ġimgħa Oħra L-EMA Tiddeċiedi Dwar Il-Johnson & Johnson

 Stennija Biex Sa Ġimgħa Oħra L-EMA Tiddeċiedi Dwar Il-Johnson & Johnson

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, f’intervista lit-Torċa lbieraħ, qal li hu dejjem enfasizza dwar l-għaqda fix-xiri tal-vaċċin u dan irriżulta f’ġid kbir għall-pazjenti kollha fl-Unjoni Ewropea.

Fearne ikkonferma l-wasla tal-ewwel konsenja tal-vaċċin Johnson & Johnson li sa issa, għadha ssiġġillata.

Saħaq, li kif dejjem għamlet, Malta ser tistenna direzzjoni mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA) dwar l-użu ta’ dan il-vaċċin.

Infakkru lil dawk kollha li għandhom ‘il fuq minn 50 sena, biex jirreġistraw għat-tilqima fuq vaċċin.gov.mt

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com