Tottenham Jkeċċu lil Mourinhio

 Tottenham Jkeċċu lil Mourinhio

Numru ta’ ġurnali brittaniċi qed jirrapurtaw li Tottenham Hotspur keċċew lill-manager Portugiż Jose Mourinhio.

Jidher li waħda mir-raġunijiet għal din it-tkeċċija hija marbuta mal-fatt li Tottenham jinsabu ħames punti il-bod minn post fil-UEFA Champions League staġun ieħor u qabilhom hemm Liverpool u Chelsea li wkoll qed jiġġieldu biex jidħlu mal-ewwel erba postijiet. Apparti minn hekk il-falliment fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-UEFA Ewropa League kif ukoll l-istaġun diżappuntanti fil-kampjonat ikkontribwixxew għal din it-tkeċċija.

Nhar il-ġimgħa li għadda Tottenham temmew il-konfront away kontra Everton f’parita ta’ 2 – 2 fejn saħansitra kienu qed jitilfu l-konfront 2 – 1.

Mourinhio kien ingħaqad ma’ Tottenham f”Novembru 2019 meta kien ħa post Mauricio Pochettino.

 

Ritratt: International Champions Cup

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com