“L-Għatx Għall-Poter Ta’ Bernard Grech Spiċċa Jinsulenta L-Intelliġenza Tal-Poplu” – Il-PL

 “L-Għatx Għall-Poter Ta’ Bernard Grech Spiċċa Jinsulenta L-Intelliġenza Tal-Poplu” – Il-PL

Fi stqarrija mill-Partit Laburista ntqal li l-għatx li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu għall-poter ma jafx limitu u jwasslu biex jispiċċa jinsulenta l-intelliġenza tal-poplu, f’dan il-każ, iż-żgħażagħ, għax b’dak li qal hu, iż-żgħażagħ jiddeċiedu liema partit jappoġġjaw fuq ir-riforma tal-kannabis biss.

Dan intqal f’konferenza tal-aħbarijiet, mill-Ministru Byron Camilleri u d-Deputat Parlamentari, Oliver Scicluna li saħqu kif skont Bernard Grech, il-Kannabis hija l-aħħar tattika ta’ aljenazzjoni tal-Partit Laburista.

Il-Ministru Byron Camilleri spjega kif “dan juri biċ-ċar kemm għal Bernard Grech, l-inkwiet primarju tiegħu mhux jekk pajjiżna għandux ikollu riforma kif suppost tal-kannabis, mhuwiex jekk f’pajjiżna għandniex nibqgħu naraw persuni jmorru l-ħabs għax pejjpu joint iżda huma biss is-sondaġġi… Il-Partit Laburista ressaq riformi li għal ħafna snin ħaddieħor kien jibża jiddeċiedi dwarhom.”

Id-Deputat Oliver Scicluna qal li l-politika li qed iħaddan il-Partit Nazzjonalista hija politika cheap. “Iż-żgħażagħ huma persuni responsabbli u kapaċi jieħdu d-deċiżjonijiet, persuni li huma l-preżent u l-futur ta’ pajjiżna…. Fuq kollox iż-żgħażagħ jafu li l-Partit Laburista jirrispettahom u jagħtihom l-ispazju kollu biex imexxu l-politika tiegħu. Dan bil-fatti u mhux bil-kliem biss.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com