“Bħal-Lum Id-Dawl Elettriku Deher Għall-Ewwel Darba Fil-Belt Valletta” – Innovazzjoni Li Baqgħet Importanti

 “Bħal-Lum Id-Dawl Elettriku Deher Għall-Ewwel Darba Fil-Belt Valletta” – Innovazzjoni Li Baqgħet Importanti

Il-Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija Wara COVID-19 Dr Owen Bonnici tella’ status interessanti li jgħid li bħal-lum, 20 t’April tal-1896, deher id-dawl elettriku għall-ewwel darba fil-Belt Valletta bejn is-7.30pm u d-9pm.

Tenna li d-dawl kien provdut bi prova qrib il-Port il-Kbir, f’Misraħ il-Palazz, quddiem it-Teatru Rjal, parti minn Triq Nofsinhar u fi Triq l-Ifran.
Interessanti wkoll il-qawwa li l-bozoz kellhom; kien b’ qawwa ta’ 30 xemgħa, waqt li l-ħamsa li kien hemm f’Misraħ il-Palazz kellhom qawwa ta’ 2,000 xemgħa. Fil-bitħa tal-Palazz, il-bozoz kellhom qawwa ta’ 16-il xemgħa.
Dan bħal meta mbagħad bdew jitkejlu bil-‘watts’.
Din kienet innovazzjoni kbira f’dan iż-żmien imsemmi. Immaġinaw kif stagħġbu n-nies b’din l-innovità dak iż-żmien; xi ħaġa li għadha mhux biss importanti llum, imma essenzjali mmens.
“Prova ċara ta’ kif l-innovazzjoni dejjem kienet iċ-ċavetta tal-progress”, tenna l-Ministru Bonnici.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com