Se Jkunu Diskussa L-Isfidi Taċ-Ċentri Finanzjarji Żgħar

 Se Jkunu Diskussa L-Isfidi Taċ-Ċentri Finanzjarji Żgħar

Il-Ministru Evarist Bartolo nieda serje ta’ ħames workshops li jipprovdu forum fejn uffiċjali ta’ ċentri finanzjarji internazzjonali żgħar jiltaqgħu.

Bl-isem ‘Malta Workshops’, dan qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni dwar il-Ġlieda kontra l-Ħasil ​​tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu.

F’dan il-forum hemm il-parteċipazzjoni ta’ esperti internazzjonali f’diversi oqsma biex jiddiskutu l-isfidi u l-vulnerabbiltajiet li jiffaċċjaw f’xogħolhom, li jattiraw in-negozju internazzjonali u metodi kif dawn ir-riskji jistgħu jittaffu.

Din l-inizjattiva tal-Gvern Malti qanqlet interess kbir, u fost il-parteċipanti hemm ukoll uffiċjali minn istituzzjonijiet internazzjonali, fosthom MONEYVAL, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-parteċipanti se jiddiskutu metodi kif jistgħu jsaħħu l-koperazzjoni bejniethom. Se jiġi diskuss ukoll kif ċentri finanzjarji internazzjonali żgħar jistgħu jibbenefikaw minn qafas globali ta’ kooperazzjoni u kollaborazzjoni ma’ sħab oħra fuq livell nazzjonali, reġjonali u internazzjonali.

Fl-indirizz tal-ftuħ, il-Ministru Evarist Bartolo qal li l-isfida tal-korruzzjoni, tal-ħasil ta’ flus u tal-iffinanzjar tat-terroriżmu hija sfida kbira ta’ kull pajjiż, u li sfida dinjija bħal din tista’ tiġi indirizzata biss fuq livell dinji. Qal li filwaqt li rridu nsaħħu l-istituzzjonijiet, irid ikollok pajjiż sħiħ li jiġbed l-istess ħabel kontra r-reati msemmija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com