Pulizija Jispara U Joqtol Tifla F’Ohio
F”Ohio, ilbieraħ filgħaxija uffiċjal tal-pulizija spara u qatel tifla ta’ karnaġġjon skur waqt li ssejjaħ fuq rapport ta’ attakk.
Il-każ seħħ ftit minuti biss qabel ma’ Derek Chauvin instab ħati għall-qtil ta’ George Floyd.
Fil-filmat meħud mill-bodycam jidhru diversi persuni jattakkaw persuna meta Ma’Khia Bryant ta’ 16-il sena sofriet minn diversi tiri.
Rapporti qed jgħidu li t-tifla bdiet ixxejjer sikkina lejn tifla oħra, bil-Pulizija jisparalha minn tal-inqas erba’ darbiet.
Fuq il-każ għadejja inkjesta bl-uffiċjali jsejħu għall-kalma fost ir-residenti.