Il-PN Jipproponi VAT Ta’ 7% Lill-Bars, Ristoranti U Akkomodazzjoni

 Il-PN Jipproponi VAT Ta’ 7% Lill-Bars, Ristoranti U Akkomodazzjoni

Il-Partit Nazzjonalista ppreżenta l-pjan u proposti għall-irkupru u t-tisħiħ tal-industrija tat-turiżmu għall-għaxar snin li ġejjin.

Il-proposti jinkludu l-ftuħ ta’ tliet ċentri għall-ittestjar bla ħlas lit-turisti li jiġu Malta, €10 għal kull seat fuq l-ajruplani li jiġu Malta, €50 fil-ġimgħa fil-forma ta’ borża ta’ studju lill-istudenti barranin li jiġu jitgħallmu l-Ingliż f’Malta u li l-VAT fuq bars, ristoranti u l-akkomodazzjoni tinżel għal sebgħa fil-mija.

L-ewwel qasam li l-PN qed iħares lejh huwa l-Marketing – il-mod kif nirriklamaw lil pajjiżna barra minn xtutna. Għotja ta’ darba ta’ 25,000 ewro kull sena għall-2021 u l-2022 biex isiru kampanji ta’ marketing.

It-tieni qasam – il-Konnettività – importanti biex turist jiġi f’pajjiżna. Il-PN qed jipproponi li tingħata 10 ewro għal kull seat skon fethim mifrux fuq tliet snin bi frekwenza minima ta’ 2 titjiriet fil-ġimgħa tul is-sajf… fix-xitwa – 20 ewro għal kull seat. Apparti dan il-PN qed jagħti importanti lejn il-konnettivita permezz tal-baħar.

It-tielet qasam – l-Akkomodazzjoni u l-Catering – il-pn se jippermetti li t-taxxi kollha dovuti għal dawn is-sentejn jitħallsu fuq perjodu ta’ ħames snin. Ikun hemm kriterji ġodda u aġġornati tal-klassifikazzjoni u tal-istandards. Jiddaħħal il-kuċett ta’ live like a local.Spazji ġodda għall-camping.Skemi fiskali bħal tnaqqis fil-VATv għal 7% bħall-akkomodazzjonijiet.

Ir-raba’ qasam – Inftrastruttura – jitwaqqaf bord għall- iżvilupp turistiku li jinkludi lill-partijiet konċernati kollha. Tinħoloq app dwar iż-żoni turistiċi. Tingħata importanza lid-diving. Vetturi elettriċi għat-turisti.

Il-ħames qasam – l-Operaturi – Benefiċċju ta’ kreditu ta’ taxxa lis-sidien tal-kirjiet. Tingħata importanza lit-turiżmu tal-lingwa Ingliża. Il-PN jipproponi li tingħata borża ta’ studju ta’ 50 ewro fil-ġimgħa lil kull student li jagħżel li jiġi Malta għal kors tal-Ingliz.

Is-sitt qasam – Attrazzjonijiet u Attivitajiet – Tingħata importanza lill-mużewijiet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com