Mill-Ġimgħa, Jekk Għandek 40 Sena Jew Aktar Tista’ Tirreġistra Għall-Vaċċin

 Mill-Ġimgħa, Jekk Għandek 40 Sena Jew Aktar Tista’ Tirreġistra Għall-Vaċċin

Mill-Ġimgħa persuni li għandhom 40 sena jew aktar ser ikunu jistgħu jirreġistraw għall-vaċċin kontra l-Covid-19.

Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.

Hu qal li sal-aħħar tal-ġimgħa ser ikunu ngħataw 300,000 mill-ewwel doża.

Bis-sistema ‘l ġdid b’hekk dawk li għandhom aktar minn 40 sena, mill-ġimgħa jistgħu jirreġistraw fuq www.vaccin.gov.mt.

Chris Fearne ħabba li aktar minn terz ta’ dawk bejn 50 u 59 sena diġa ngħataw l-ewwel doża tal-vaċċin.

Fearne qal ukoll li 3 każi mill-varjant tal-Brażil instabu f’Malta, iżda ma ngħatawx aktar dettalji.
Il-vaċċin Johnson and Johnson issa ser jibda jingħata wkoll wara l-approvazzjoni tal-EMA.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com