L-Eks Prim Ministru Alfred Sant Jitkellem Dwar Hijack Fuq Ajruplan Tal-Air Malta Fl-1997

 L-Eks Prim Ministru Alfred Sant Jitkellem Dwar Hijack Fuq Ajruplan Tal-Air Malta Fl-1997

L-Eks Prim Ministru Alfred Sant f’intervista fuq il-programm l-Erbgħa Fost il-Ġimgħa żvela li meta seħħ hijack fuq ajruplan tal-Air Malta fl-1997, meta hu kien Prim Ministru, dakinhar ma setgħux jaqbduh u allura kull deċiżjoni kellha tittieħed mill-Ministru Joe Mizzi u l-persuni responsabbli.

Fl-eposidju tal-Hijack tal-1997, dakinhar  żewġ Torok ħatfu ajruplan tal-Air Malta. L-ajruplan, li kien telaq minn Malta kellu jagħmel inżul f’Cologne, il-Ġermanja, wara li t-Torok bdew jitolbu li jinħeles Mehmet Ali Agca – ir-raġel li kien spara lil Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni.

Il-ħtif kien seħħ fid-9 ta’ Ġunju 1997, u kien dakinhar stess li l-membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri rritornaw lura Malta.

Fil-‘hijack’, il-pirati tal-ajru kienu qamu minn posthom kwarta wara t-take off tal-ajruplan. Fortunatament ħadd ma kien indarab f’dak l-episodju.

Ara r-rakkont tal-Prim Ministru dwar kif ħadem il-Gvern dakinhar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com