Fl-Aħħar 24 Siegħa Ngħataw Aktar Minn 6000 Doża Tal-Vaċċin Tal-COVID-19

 Fl-Aħħar 24 Siegħa Ngħataw Aktar Minn 6000 Doża Tal-Vaċċin Tal-COVID-19

Fil-jum tal-bieraħ ingħataw 6007 dożi tal-vaċċin tal-Covid-19. Skond l-informazzjoni maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa nhar il-Ħamis, sal-jum ta’ qabel kienu ngħataw 295,587 doża, filwaqt li skond l-informazzjoni maħruġa llum jidher li sa issa ngħataw 301,594 doża.

Fl-aħħar ġimgħat il-Ministru Chris Fearne ħabbar li Malta qed tippjana li tkun wieħed mill-ewwel pajjiżi fid-dinja li jikseb l-immunità fost il-popolazzjoni (herd immunity) għall-COVID-19. Huwa saħaq li bir-rata tal-vaċċinazzjoni li għandna f’Malta, sa nofs Awissu l-pajjiż għandu jkun laħaq din il-mira. Il-Ministru Fearne qal ukoll li Malta hija preparata biex tkun tista’ tagħti sa massimu ta’ 10,000 doża kuljum.

Mill-lum it-23 ta’ April, persuni li għandhom ‘l fuq minn 40 sena huma eliġibbli biex japplikaw għall-vaċċin u jistgħu jagħmlu dan permezz tas-sit www.vaccin.gov.mt.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com