“M’hemmx Għalfejn Tmur Ixxandar Meta Tgħin Lil Persuni Fil-Bżonn” – Dr Cynthia Tomasuolo
L-Avukat u l-Kunsilliera fil-Ħamrun Cynthia Tomasuolo rreaġixxiet għall-post li tellgħet ilbieraħ l-MEP Roberta Metsola dwar ittra li rċeviet mingħand tifel ta’ 6 snin. L-ittra kienet tgħid li xi tfal fl-iskola tat-tifel li kiteb l-ittra qed imorru l-iskola mingħajr ikel, hekk kif il-familji tagħhom għaddejin minn diffikultajiet finanzjarji.
B’reazzjoni għal dak li kitbet Metsola, Cynthia Tomasuolo qalet li l-persuni f’riskju ta’ faqar f’Malta qed jonqsu hekk kif il-Gvern qed jaħdem sabiex jindirizza u jeqred il-faqar li, fi kliemha, ġab il-Partit Nazzjonalista.
Hija mbagħad qalet lil Roberta Metsola li meta tgħin m’għandix ixxandar dak li tkun għamlet fuq il-midja soċjali. “Jien ngħin għax irrid mingħajr teatrin u għax nemmen li kulħadd għandu jkollu l-istess opportunitajiet”, ikkonkulidet Tomasuolo.