Caitlyn Jenner Tħabbar Li Se Tkun Qed Tikkontesta Għall-Gvernatur Ta’ California

 Caitlyn Jenner Tħabbar Li Se Tkun Qed Tikkontesta Għall-Gvernatur Ta’ California

Caitlyn Jenner ħabbret li se tkun qed tikkontesta għall-Gvernatur ta’ California. L-eks partners ta’ Kris Kardashian u l-eks atleta Olimpiku se tikkontesta bħala Repubblikana fi stat b’maġġoranza assoluta ta’ Demokratiċi.

Aktar tard dan ix-xahar jista’ jkun li tiġi msejjħa elezzjoni għall-Gvernatur ta’ California hekk kif il-gvernatur attwali Gavin Newsom qed jesperjenza vot ta’ sfiduċja.

Qed jingħad li Jenner ġabret tim li jinkludi wħud mill-konsulenti tal-eks President Donald Trump.

“Il-Kalifornjani jistħoqqilhom aħjar mill-gvernatur,” qalet Jenner, filwaqt li kkonfermat l-aħbar fuq Twitter ilbieraħ.

Jenner wiegħdet li l-kampanja tagħha se tkun waħda mis-“soluzzjonijiet” u li se tipprovdi “pjan direzzjonali lura għall-prosperità”. Żiedet tgħid li se tkun qed tniedi formalment il-kampanja tagħha aktar tard.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com