Il-PN Jgħid Li Ngħata Raġun Dwar Ix-Xogħlijiet F’Kemmuna
Il-Partit Nazzjonalista qal li ngħata raġun dwar ix-xogħlijiet li saru f’Kemmuna.
Fi stqarrija intqal li rapport maħruġ mill-Uffiċċju tal-Ombudsman qal li dawn ix-xogħlijiet saru bla permess u kkaġunaw ħsarat.
L-istess partit politiku żied jgħid qed ngħixu f’sitwazzjoni fejn il-Gvern u l-awtoritajiet qed jagħmlu l-ħsara fuq l-ambjent.
Staqsa wkoll kif il-Ministru responsabbli mill-ambjent ma kkundannax dan l-atteġjament ripetittiv li qed isir f’pajjiżna.
Il-Partit Nazzjonalista qal li se jkun qed jinsisti li dak li talab u rrakomanda l-Ombudsman fuq dan l-istess każ jiġu esegwiti.
Ritratt: Net News