Resident Mill-Manikata Arrestat Fuq Pussess Ta’ Tajra Protetta – Tinstab Kuċċarda Mejta
Il-Pulizija tal-Environmental Protection Unit (EPU) arrestaw raġel ta’ 44 sena residenti l-Manikata, wara li nqabad fil-pussess ta’ tajra protetta.
Fi stqarrija mill-Uffiċju tal-Komunikazzjoni tal-Pulizija, intqal li ġew infurmata li fil-Miżieb, limiti tal-Mellieħa, kaċċatur spara fuq kuċċarda. Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u ġie identifikat l-allegat kaċċatur.
Saret tfittxija fil-vettura tiegħu fejn instabet il-kuċċarda mejta. Fil-bwiet tal-ġakketta li kien liebes instab ukoll rix tal-istess għasfur protett.
Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija, il-Floriana u mistenni jitressaq il-Qorti taħt arrest fil-jiem li ġejjin.